L-Innu tal-Kulleġġ San Nikola
Kliem: Prof. Oliver Friggieri
Mużika: Maestro Paul Abela
Kliem: Prof. Oliver Friggieri
Mużika: Maestro Paul Abela
Bil-ferħ li lejl u nhar jimla lil qalbna
Insellmu bl-isbaħ kelma lill-Mulej, U nitolbuH li jkompli jimxi magħna Fit-triq quddiemna tul iż-żmien li ġej. Bil-ferħ li jfawwar dejjem fil-qalb tagħna Irroddu ħajr u nsellmu ta’ kuljum Lil dawk l-għeżież li b’għaqal u bi mħabba Rabbewna biex wassluna s’hawn illum. Ritornell: Imbierka dawn l-iskejjel li jgħallmuna Inħobbu lill-Mulej u lil kulħadd. Imbierka dawn l-iskejjel li jmexxuna Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt. Bil-qima ngħidu grazzi lill-għalliema Li bla waqfien jgħinuna f’din it-triq. Bis-saħħa tagħhom moħħna jaħseb tajjeb, U qalbna tibqa’ toħlom u tixtieq. Noħolmu li ħajjitna tkun qawsalla Li tixħet l-ilwien tagħha fuq kulħadd. Nixtiequ li tkun xemx li ddawwal lilna U lill-oħrajn bla ma tintefa qatt. |
Ritornell:
Imbierka dawn l-iskejjel li jgħallmuna Inħobbu lill-Mulej u lil kulħadd. Imbierka dawn l-iskejjel li jmexxuna Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt. Nixtiequ s-sliem lill-ħlejjaq t’Alla kollha, Insellmu ‘l-ulied kollha tal-ħolqien, Inħobbu lil kulhadd, illum u dejjem, Inxerrdu din l-imħabba kullimkien. Ferħana nsellmu lil did-dinja tagħna, Nagħtuha merħba, nixtiqulha s-sliem. Noffrulha l-wegħda li flimkien se naħdmu Biex hija timxi dejjem ‘il quddiem. Ritornell: Imbierka dawn l-iskejjel li jgħallmuna Inħobbu lill-Mulej u lil kulħadd. Imbierka dawn l-iskejjel li jmexxuna Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt.
|